Fi żmien il-Milied, id-Dipartiment tal-Malti organizza kompetizzjoni għall-istudenti tal-medja. L-istudenti kienu mħeġġa joħolqu kartolina b’messaġġ pożittiv u oriġinali addattat għall-Milied.
Ir-rebbieħa tas-7 sena kienu: Shana Brincat 7.1, Jude Monteforte 7.3, Jean Leon Spiteri Terribile u Yasmin Sciberras 7.11.
Ir-rebbieħa tat-8 sena kienu: Ivana Belandria 8.3, Salona Spiteri 8.9 u Anna Spiridova 8.10.